Creme Caramel (gluten free)

Ingredjenti

  • 500ml ħalib full fat
  • 50gr zokkor
  • 4 bajdiet
  • Essenza tal-vanilja

Għall caramel

  • 100gr zokkor
  • 125ml ilma

Metodu
1. lpprepara l-caramel l-ewwel. Qiegħed l-ilma u z-zokkor ġo kazzola żgħira u poġġi fuq nar moderat. Ħalli t-taħlita tkompli tagħli għal ftit tal-minuti wara li tiftaħ tagħli sakemm iz-zokkor jibdel il-kulur. Ftakar lit-taħlita ma tridx tiksaħ u waqt is-sajran ma tridx titħawwad.
2. Sadanittant, sib 4 reċipjenti żgħar. Tista' tuża kikkri. Imliehom bl-ilma. Neħħi l-ilma malli l-caramel tkun lesta u imla l-kikkri biha.
3. Ixgħel il-forn f’temperatura ta’ 150C jew gas numru 2.
4. Ferra' l-ħalib ġo kazzola u żid l-essenza tal-vanilja. Qiegħed fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Qiegħed il-bajd u z-zokkor ġo skutella u ħawwad tajjeb. Żid it-taħlita tal-ħalib mgħolli u erġa' ħawwad. Għaddiha minn passatur biex ma jibqax biċċiet tal-bajd.
5. Imla r-reċipjenti li jkunu bil-caramel b'din it-taħlita u poġġihom ġo dixx tal-forn. Imla d-dixx bl-ilma sa nofs ir-recipjenti.
6. Sajjar fil-forn għal madwar 30 minuta. Neħħihom mid-dixx u ħallihom jiksħu tajjeb.
7. Ċaqlaq bil-mod ir-reċipjent biex il-krema tkun tista' toħroġ malajr
8. Servi kesħin ħafna. 
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.