Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 245 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 69 persuna oħra.
Il-każijiet il-ġodda nstabu minn 3,592 swab test li saru. Għalhekk issa hawn total ta’ 2,221 każ attiv.
Intant aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ żewġ anzjani oħra; anzjan ta’ 85 sena u anzjana ta’ 77 sena.
B’hekk f’Malta kien hawn 232 persuna li mietu bil-coronavirus.

Tħabbru dalgħodu
Żewġ anzjani oħra vittmi tal-Coronavirus