Esperti xjentifiċi wissew lill-gvern Ingliż dwar il-varjant il-ġdid tal-COVID-19 u li skont huma qed jinfirex b’rata aktar malajr minn varjanti oħra tal-coronavirus.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, is-Segretarju għas-Saħħa fl-Ingilterra Matt Hancock qal li nstabu aktar minn 1,000 każ tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus fir-Renju Unit.
Instab l-ewwel darba l-ġimgħa li għaddiet f’Kent minn uffiċjali tas-saħħa pubblika.
Jirriżulta li hekk kif din l-aħbar kompliet tiżviluppa l-gvern Ingliż flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa qed jiddiskuti l-pssibilità ta’ kif il-miżuri kontra t-tixrid tal-pandemija jistgħu jiġu aktar msaħħa biex jilqghu għal dan il-varjant ġdid tal-COVID-19.
S’issa l-gvern Ingliż għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija.
Is-Segretarju għas-Saħħa fl-Ingilterra Matt Hancock qal li għalissa m’hemm l-ebda evidenza li dan il-varjant il-ġdid mhux se jirrispondi għall-vaċċini kontra l-Covid-19.