Covid-19: Il-vaċċin tal-Moderna awtorizzat minn Iżrael

Vaccination of a baby by a pediatrician in a neighborhood care center

Iżrael għadu kif awtorizza l-importazzjoni tal-vaċċin ta’ Moderna kontra l-Covid-19.

Il-Ministru tas-Saħħa Iżraeljan  assigura 6 miljun doża tal-vaċċin tal-Moderna, li għandhom jibdew jaslu fil-pajjiż kmieni dan ix-xahar.

Din l-awtorizzazzjoni hija t-tielet waħda għall-vaċċin tal-Moderna, u l-ewwel waħda ‘l barra mill-Amerka ta’ Fuq. Fit-18 ta’ Diċembru li għadda ġiet approvata mill-Istati Uniti  u mill-Kanada fit-23 ta’ Diċembru. Awtorizzazzjonijiet addizzjonali għaddejjin bħalissa fl-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera u s-Singapore.

Din id-deċiżjoni minn Iżrael hija waħda bbażata fuq informazzjoni li tinsab dieħla kontinwament u evidenza xjentifika li ħarġet mill-kumpanija. Din tinkludi informazzjoni analizzata mit-tielet fażi tal-istudju kliniku li ħareġ fit-30 ta’ Novembru.

Vantaġġi u żvantaġġi ta’ vaċċini differenti

Moderna u Pfizer bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika ta’ effettività, b’94-95% effettività. L-effettività tal-vaċċin ta’ Oxford għadha ma ġietx ikkonfermata minħabba,li skont ir-riċerkaturi, kellha 62% effettività f’test u 90% f’ieħor.

Minkejja dan, il-vaċċin tal-Moderna mhux irħis, hekk kif qiegħda tinbiegħ $33 kull doża, filwaqt li l-Pfizer $20 kull doża. Il-vaċċin ta’ Oxford huwa l-irħas b’$4 kull doża.

Informazzjoni dwar il-vaċċin tal-Moderna

Il-vaċċin tal-Moderna kontra l-Covid-19 huwa vaċċin tal-MRNA li ġie żviluppat mill-Moderna u investigaturi min-National Institute of Allergy and Infectious Diseases’ (NIAID) Vaccine Research Centre.