Covid-19: Il-vaċċin ta’ Pfizer suċċess fl-etajiet kollha – espert

Skont l-aħħar data, il-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat minn Pfizer u BioNTech jipproteġi mal-95% ta’persuni ta’ kull età.Persuni fuq minn 65 sena qegħdin jiġu protetti mal-94% b’dan il-vaċċin. Dawn il-persuni huma l-aktar vulnerabbli għall-Covid-19.

Il-ġimgħa l-oħra, Pfizer u BioNTech ippubblikaw id-data preliminarja li turi li l-vaċċin joffri 90% ta’ protezzjoni kontra l-Covid-19. Skont l-istudju jidher li m’hemm l-ebda tħassib dwar ‘effetti negattivi’ għan-nies li jingħataw it-tilqima. Il-provi għal dan il-vaċċin għadhom għaddejjin.

Il-kumpaniji mistennija jipproduċu sa 50 miljun doża tal-vaċċin din is-sena u sa 1.3 biljun doża oħra sal-aħħar tal-2021. Hemm tħassib dwar pajjiżi foqra jekk huma wkoll hux ħa jkollhom aċċess għal dan il-vaċċin. Il-pajjiżi sinjuri ilhom li ordnawh.