Read in English.
Minħabba il-pandemija COVID-19, minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu, BNF Bank ser ikun qed jagħlaq b’mod temporanju il-fergħat ta’ Raħal Ġdid, San Ġwann, Naxxar u Rabat sakemm inħabbru mod ieħor.
Għeluq Temporanju L-Eqreb Fergħa
- San Ġwann San Ġiljan, 125-126 Main Street
- Naxxar Mosta, 12 Triq il-Kostituzzjoni
- Raħal Gdid Fgura, 6 Triq Hompesch
- Rabat Attard, Triq Ħal-Warda
L-ATMs ta’ BNF f’dawn il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq xorta ser ikunu qed jaħdmu matul il-perjodu.
It-Tim tal-Customer Care jista’ jintlaħaq fuq +356 2260 1000 mit-8.00 am sat-8.00 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt mit-8.00 am sas-1.00 pm. Jew inkella, il-klijenti jistgħu jagħżlu li jużaw il-mezzi diġitali tal-Bank; www.bnf.bank u Facebook Messenger.
Metodu ieħor li bih tista’ tikkomunika magħna hu li tibgħat messaġġ personali fuq l-Internet Banking portal ta’ BNF Bank; metodu konvenjenti u sigur biex taqdi l-bżonnijiet bankarji tiegħek ta’ kuljum mingħajr ma tmur ġewwa xi fergħa minn tagħna. Tista’ tara l-attivita’ fil-kont tiegħek, tħallas kontijiet, tagħmel trasferimenti u tuża firxa wiesgħa ta’ servizzi oħra.
Aġġornamenti rigward il-miżuri preventivi u ta ‘appoġġ finanzjarju tal-BNF Bank jistgħu jiġu aċċessati minn: www.bnf.bank/covid-19-bnfbank_updates.