COVID-19: 158 każ ġdid; Ifiqu 74 persuna oħra

people-wearing-face-masks-valletta
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 158 każ ġdid tal-coronavirus mill-2,602-il swab test li saru.

Fiequ wkoll 74 persuna, biex issa hawn total ta’ 1,702 każ attiv.

Il-vittmi tal-coronavirus telgħu għal 226 persuna, bl-aħħar imwiet ta’ 4 anzjani li tħabbru dalgħodu.

Mill-148 każi li nstabu l-bieraħ it-tim tal-contact tracing sab li minn dawn, kien hemm:

  • 30 każ ġej minn familji
  • 8 każijiet minn fuq postijiet tax-xogħol
  • 16 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 10 każijiet ta’ nies li kienu f’attivitajiet soċjali fejn kien hemm oħrajn bil-virus

Il-kumplament, jiġifieri 84 każ, ma nstabx l-oriġini tagħhom.