Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa llum ħabbar 101 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 123 persuna. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,399 swab test li saru.
B’hekk bħalissa hawn 1,420 każ attiv tal-coronavirus. Skont l-infografika li tħabbret mill-Ministeru għas-Saħħa mietu 5 persuni b’hekk in-numru ta’ vittmi issa tela’ għal 215-il persuna.

Filwaqt li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-84 każ li tħabbru lbieraħ, kien hemm:
- 22 każ minn membri tal-familja li kienu diġà magħrufa
- 9 każijiet li kellhom kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv fuq il-post tax-xogħol
- 18-il persuna li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittiv għall-virus
- 8 każijiet minn attivitajiet soċjali
Dan ifisser li 27 każ ma jafux minn fejn ħadu l-virus.
Ilbieraħ tħabbar li erba’ persuni tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.