​Covers tal-iPhone perikolużi

Numru ta’ covers bil-glitters tal-iPhone ġew ikkonfiskati wara rapporti ta’ irritazzjoni fil-ġilda u riskju ta’ selħa fil-ġisem minħabba likwidu li fohom.
Uħud minn dawn il-covers kienu tad-ditta Victoria’s Secret. Dawn il-covers fihom l-glitters taħt il-qoxra ta’ barra u għandhom ir-riskju li l-likwidu jillikkja.
Diveri konsumaturi lmentaw li sofrew xi ħruq f’ġisimhom u irritazzjoni f’saqajhom, f’wiċċhom, f’għonqhom u f’idejhom minħabba l-likwidu tal-covers.
Sa issa dawn il-covers inġabbru mill-Istati Uniti, mill-Kanada u mill-Messiku. Fl-Istati Uniti biss nbiegħu mal-263,000 cover.
Il-kumpanija li għamlet dawn il-covers qed tofri li tagħti l-flus lura.