Courtois jiċħad xi xnigħat fuqu

Il-gowlkiper ta’ Chelsea Thibaut Courtois tkellem ma’ Sport Foot Magazine u s-suġġett waqa’ fuq il-futur tiegħu fejn xnigħat qed jgħidu illi beħsiebu jmur ma’ Real Madrid fl-istaġun illi ġej.
Il-gowlkiper Belġjan ċaħad dawn l-għidut filwaqt li qal li għalkemm qalbu tibqa’ fil-belt Spanjola minħabba li lagħab ma’ Atletico Madrid bejn l-2011 u l-2014, bħalissa qed jagħti attenzjoni lil Chelsea u kif ser joħorġu mill-kriżi ta’ riżultati illi spiċċaw fiha.
Courtois ma naqasx milli jgħid illi jista’ saħansitra jġedded il-kuntratt mal-Blues minħabba li hu jinsab għal qalbu mat-tim għalkemm jaf illi Real Madrid għandhom bżonn gowlkiper l-istaġun illi ġej.