Costa u Slimani qed jogħġbu lil Monaco

Il-klabb tal-Ligue 1 Franċiż Monaco qegħdin ifittxu attakkant u għalkemm id-diriġenti Franċiżi ilhom jiġru wara Andrea Belotti ta’ Torino, jidher li s-sitwazzjoni għadha ma żblukkatx ruħha.
F’dan l-isfond huma qed jimirħu aktar f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif qed jaraw b’interess żewġ attakkanti oħra li jistgħu jkunu sostituti denji ta’ Kylian Mbappe.
awn huma Diego Costa ta’ Chelsea u Islam Slimani ta’ Leicester.
Jidher li m’għandux ikun hemm problema għall-klabb Franċiż biex joħroġ il-flus mill-but hekk kif qalgħu madwar €150 miljun wara li biegħu lil BernardoSilva u Benjamin Mendy lil ManchesterCity u Tiemoue Bakajoko lil Chelsea.