Costa Concordia: Jinstabu żewġ katavri

Għaddasa sabu żewġ katavri li hemm possibilità li huma tal-aħħar żewġ persuni rrappurtati nieqsa, wara li s-sena li għaddiet il-Costa Concordia nqaleb qrib il-gżira ta’ Giglio fl-Italja.

Il-Costa Concordia ħalla aktar minn 32 vittma mill-4,000 persuna li kienu abbord.

Minn dawn, żewġ persuni kienu għadhom ma nstabux. L-aġenzija tal-protezzjoni ċivili Taljana qalet li l-fdalijiet tal-katavri li nstabu llum huma ‘assolutament konsistenti’ maż-żewġ persuni nieqsa, raġel Indjan u mara Taljana.

Madanakollu l-identità tagħhom tista’ tiġi kkonfermata biss wara li jsiru t-testijiet tad-DNA.