Cory Greenland se jikkontesta għall-Viċi President tal-MFA

Cory Greenland se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Viċi President tal-MFA. Greenland qal li ħa din id-deċiżjoni wara li kkonsulta u tkellem ma numru ta’ klabbs u membri tal-assoċjazzjoni. Hu għażel it-tema tal-Aċċessibilita, hekk kif wiegħed li jekk jiġi elett bħala l-Viċi President, hu se jkun qed jaħdem biex l-MFA tkun aktar aċċessibbli għal-livelli kollha ta’ governanza tal-futbol lokali.

Hu qal ukoll li se jkun lest jgħin biex ikun implimentat il-viżjoni u l-programm tal-President li se jkun elett fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju.

Hu serva f’numru ta` Kumitati u Bordijiet tul il-karriera tiegħu u fl-aħħar żewġ staġuni serva bħala rappreżentant tat-Tielet Diviżjoni fl-Eżekuttiv tal-MFA. Fl-aħħar snin Greenland serva bħala Council Member tal-MFA u f`diversi kumitat tal-MFA. Preżentement Greenland jokkupa l-kariga ta` Viċi President ta` Marsaskala FC.