Correa u Badelj huma l-aħħar akkwisti ta’ Lazio

Id-direttur sportiv ta’ Lazio Igli Tare għażel lil Joaquin Correa sabiex jieħu post Felipe Anderson li ngħaqad ma’ West Ham. L-eks midfielder offensiv ta’ Seville se jiswa lill-klabb tas-Serie A €20m u m’għandux isib diffikultà biex jadatta għall-istil offensiv ta’ Simone Inzaghi.

Il-plejer internazzjonali Kroat Badelj huwa plejer ieħor li ngħaqad mal-Biancocelesti wara li l-kuntratt li kellu ma’ Fiorentina ntemm fi tmiem l-istaġun l-għadda. Il-midfielder qatta’ 4 snin ma’ Fiorentina u issa ffirma ftehim għal 4 snin mat-tim minn Ruma. Badelj kien parti mill-iskwadra Kroata li waslet sal-finali tat-Tazza tad-Dinja li seħħet dan is-sajf fir-Russja.