Corporate Flight Training se tibda topera minn Malta

Read in English.

Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan l-Awtorità Transport Malta tat ċertifikat ta’ Cabin Crew Training Organisation (CCTO) lill-kumpanija Corporate Flight Training (CFT) biex tkun tista’ tibda topera minn Malta.

CFT rebħet l-unur tal-aqwa Safety Training Provider Ingliż fl-Air Transport Awards tas-sena 2019. Hija tipprovdi korsijiet ta’ sigurtà lill-ekwipaġġ tal-ajru miċ-ċentru tat-taħriġ fl-ajruport ta’ Luton fl-Ingilterra, u issa se tkun qed tagħmel dan f’Malta.

CFT tispeċjalizza f’taħrig għall-operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali, toħroġ attestazzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-ajru taħriġ lil-linji tal-ajru Ewropej permezz tal-akkademja tagħhom, CCA EU Academy.

Yasmin Milner, il-Kap tat-taħriġ ta’ CFT qalet li kien pass naturali li l-kumpanija timxi lejn Malta minħabba l-fatt li f’Malta l-industrija tal-avjazzjoni kulma jmur qed tkompli tikber.

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, l-Kaptan Charles Pace, qal li CFT hija l-aħħar fost ammont ta’ kumpaniji li qed jaraw opportunitajiet tajba f’Malta u b’hekk qed jinvestu fl-industrija tal-avjazzjoni Maltija għaliex jemmnu li l-ġurisdizzjoni f’Malta hija waħda kompettivita ferm madwar id-dinja.