Coronavirus: Żomm metru ‘l bogħod minn persuni oħra

Read in English.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tirrakomanda li persuna żżomm minn tal-inqas metru ‘l bogħod minn persuni oħra sabiex tevita li jinfirex il-coronavirus.

Il-WHO ppubblikat lista ta’ miżuri prottettivi sabiex wieħed jevita li l-coronavirus jibqa’ jinfirex.

X’inhu l-parir tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa?

  • Aħsel l-idejn aktar frekwenti
  • Ipprattika l-iġjene respiratorja
  • Żomm id-distanza
  • Evita li tmiss l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq
  • Jekk qed tbati minn influwenza, sogħla u diffikultà biex tieħu n-nifs ħu parir mediku
  • Evita li tiekol prodotti li ġejjin mill-annimali nejin jew mhux imsajrin sew.

Il-WHO qalet li jekk persuna kellha xi mard respiratorju bħal 2019-nCoV, sogħla, jew tagħtis u dawn fihom il-virus. Jekk persuna tkun viċin ħafna ta’ persuna oħra tista’ tieħu l-virus permezz tan-nifs. Għalhekk huwa rekomandat li persuna żżomm tal-inqas metru ‘l bogħod.

F’Malta ġie eżaminat it-tieni pażjent għal dan il-virus. Ir-riżultat għal dawn it-testijiet kienu fin-negattiv. Is-Supredendent għas-Saħħa Pubblika Dr Charmaine Gauci kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt.

S’issa Malta saru żewġ testijet mediċi fuq persuni li kienu ġejjin miċ-Ċina fl-aħħar 14-il ġurnata. Dr Gauci kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dawn iż-żewġ persuni kienu qed juru s-sintomi tal-coronavirus.