Coronavirus: Żewġt itfal Taljani l-isptar fi kwarantina

Pictures uploaded to social media on January 25, 2020 by the Central Hospital of Wuhan show medical staff attending to a patient, in Wuhan, China. THE CENTRAL HOSPITAL OF WUHAN VIA WEIBO /via REUTERS THIS IMAGE HAS BEEN SUPPLIED BY A THIRD PARTY. MANDATORY CREDIT. NO RESALES. NO ARCHIVES. MUST ON SCREEN COURTESY "THE CENTRAL HOSPITAL OF WUHAN VIA WEIBO".

Mis-56 persuna li nġabu lura l-Italjan minn Wuhan fiċ-Ċina minn fejn feġġ għall-ewwel darba l-coronavirus il-ġdid, żewġt itfal ta’ 4 u 8 snin ittieħdu l-isptar bħala mezz preventiv u se jkunu qed jinżammu fi kwarantina.

Rapporti fl-Italja qalu li ż-żewġt itfal għandom ftit deni u ttieħdu fl-istar Spallanzani di Roma għal raġuni purament prekawzjoni. Intqal li t-tfal qed jiġu assisstiti mill-aqwa professjonisti tal-Isptar tat-tfal Bambino Gesù.

Mit-Taljani f’Wuhan fadal żagħżugħ ta’ 17-il sena li ma setgħax jitlaq minħabba kontrolli mediċi li saru fejn sabulu d-deni. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Luigi Di Maio qal li l-Italja se tibgħat ajruplan militari tal-Aeronautica fl-24 siegħa li ġejjin.

Fl-aħħar sigħat l-Istati Uniti kkonfermaw l-ewwel mewt ta’ persuna li mhix Ċiniża minħabba l-coronavirus.