Coronavirus: X’qed nistennew?

Read in English.

F’din il-pandemija tal-Covid-19, ħlief numri ma jissemmewx, kemm numri ta’ min jorbot fuqhom kif ukoll uħud anqas kredibbli. Newsbook.com.mt talab l-għajnuna tal-espert fil-matematika Prof. Josef Lauri mill-Università ta’ Malta. Huwa se jaqsam il-previżjonijiet tiegħu mal-qarrejja ta’ Newsbook.

L-ewwel stampa turi l-medja tal-każi mill-bidu tal-pandemija. Tintuża s-sistema tal-‘moving average’ jiġifieri li tittieħed il-medja tal-każi fuq medda ta’ jiem. F’dan il-każ Prof. Lauri ħa erbat ijiem biex kemm jista’ jkun iżomm in-numri stabbli. Dan il-mudell ibassar li l-medja għada se tkun ta’ 63 każ. Madankollu, minħabba li dan it-tbassir għandu ċans ta’ 5% li jvarja, aktarx li n-numri se jkunu bejn 48-75.

It-tieni stampa jgħidulha epicurve. L-epidemjoloġisti jużaw dan l-eżerċizzju billi jwaħħdu gruppi ta’ ġranet u l-każijiet li jkunu ħarġu f’dawk il-ġranet. Il-grupp ta’ ġranet, magħruf bħala interval, ikun twil daqs kwart tal-perjodu li l-virus idum ma joħroġ. Billi l-virus tal-Covid-19 idum mal-ħamest ijiem ma joħroġ, l-intervall tqies fuq jumejn. Din l-istampa turi l-għadd ta’ każi irrappurtati kull jumejn.

B’hekk Newsbook.com.mt qed juri kif qed tiżviluppa l-imxija f’Malta.

Ħajr Prof. Josef Lauri, Statistika uffiċjali ppublikata fuq is-sit SAĦĦA fuq Facebook.