Coronavirus: Verità vs qlajjiet

REUTERS/Tyrone Siu

Read in English.

Waqt li d-dinja qed tinkwieta fuq l-epidemija tal-coronavirus, qegħdin jintqalu ħafna affarijiet minn kulħadd, li bosta minnhom mhumiex veri.

Allura x’inhu minnu u x’mhux?

Mhux veru li:

  • Il-coronavirus huwa l-iżjed virus perikoluż li jeżisti
  • Min hu infettat se jmut
  • Trid tilbes xi tip ta’ lbies protettiv jew maskra biex tipproteġi ruħek
  • Għandha tingħata tort iċ-Ċina jew iċ-Ċiniżi ta’ dak li qed jiġri
  • Għandek temmen kulma taqra dwar il-coronavirus

Veru li:

  • L-influwenza toqtol lil 60 persuna iżjed mill-coronavirus kull sena
  • 2% biss tal-każijiet li ġew irrappurtati wasslu għall-mewt; dawk li mietu kellhom sistema interna iżjed batuta, billi pereżempju, kienu anzjani
  • Li taħsel idejk u tagħtas f’minkbejk huwa iżjed effettiv
  • L-aħbarijiet foloz u r-razziżmu huma perikolużi iżjed minn kwalunkwe virus

Dan il-virus s’issa qatel lil ftit iżjed minn 300 persuna, u ‘l fuq minn 14,000 persuna ġew infettati. Illum mietet l-ewwel persuna bil-coronavirus barra miċ-Ċina, fil-Filippini.