Coronavirus: Tingħalaq il-Knisja tan-Natività f’Betlem

Read in English.

Il-Knisja tan-Natività f’Betlem ingħalqet wara deċiżjoni li ħa l-President Palestinjan Mahmoud Abbas minħabba l-biża’ li qed tinħoloq fid-dawl tat-tixrid tal-marda Coronavirus.

Il-Prim Ministru Palestinjan Mohammed Shtayyeh ħabbar din id-deċiżjoni fejn spjega wkoll li ttieħdet id-deċiżjoni li jingħalqu l-iskejjel tat-tfal iż-żgħar u anke jiġu kkanċellati riservazzjonijiet li għamlu l-barranin. 

Il-Prim Ministru Palestinjan Shtayyeh qal li din id-deċiżjoni ittieħdet fil-kuntest ta’ stat ta’ emerġenza sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus. 

Huwa qal li qed jiġi kkunsidrat li jingħalqu il-fruntieri. Ilbieraħ ittieħdet d-deċiżjoni wkoll li l-lukandi fix-Xatt tal-Punent għal xahrejn. 

Sadanittant ilbieraħ Iżrael ħabbar li kien qed jipprojbixxi l-ivjaġġar ta’ nies mill-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera, kemm il-darba ma’ jkollhomx evidenza li għandhom arranġamenti ta’ kwarantina.