Coronavirus: Sanitisers u bibien miftuħa fuq il-Gozo Channel

Miguela Xuereb

Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li installat sanitiser dispensers u li se tkun qed tħalli l-bibien tal-vapuri miftuħin bħala prekawzjonijiet minħabba l-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Gozo Channel qalet li d-dispensers ġew installati fit-terminals u fil-vapuri kollha tagħha. Dawn huma magħmra b’diżinfettant alkoħoliku. Il-bibien kollha tal-vapuri u tat-terminals li jagħtu għal barra se jibqgħu miftuħin biex tiċċirkola l-arja. Is-sistemi tal-arja kondizzjonata se jintfew.

Il-Gozo Channel appellat biex l-istruzzjonijiet tagħha jiġu mħarsa u biex in-nies jużaw id-dispensers b’mod frekwenti.

Fl-aħħar jiem aktar ħaddiema tal-Gozo Channel li jbigħu jew jiskenjaw il-biljetti bdew jilbsu ingwanti.