Coronavirus: Raġel jilbes tinda waqt titjira

Negozjant Amerikan li vvinta tinda li tista’ tinġarr u trasparenti ddeċieda li jipprovaha fuq ajruplan bit-tama li jevita li jittieħed mill-coronavirus.

Rick Pescovitz kien ivvinta dawn it-tined ftit tas-snin ilu. Fuq blogg ħu Pescovitz qal li Rick iddeċieda li dan kien l-aħjar żmien li jipprova dawn it-tined fuq ajruplan sabiex jevita li jittieħed mill-coronavirus.

Żied li l-persuna li kienet qed tgħin fit-titjira ħaditlu ritratt u l-persuna li kien bilqiegħda ħdejh ma kellu l-ebda reazzjoni għal din it-tinda.

Illum ġie kkonfermat li Ingliż li kien fuq vapur tal-passiġġieri għal qamar il-għasel instab pożittiv għall-coronavirus.