Coronavirus: Petizzjoni biex jitwaqqfu t-titjiriet minn pajjiżi b’riskju għoli

FILE PHOTO: A worker removes her mask upon leaving the Life Care Center of Kirkland in Washington
REUTERS/David Ryder/File Photo

Tnediet petizzjoni minn Civil Society Network Malta bil-għan li l-Gvern jieħu azzjon urġenti kontra l-firxa tal-COVID-2019 f’Malta billi titjiriet li ġejjin mir-reġjun tat-tramuntana Taljana u reġjuni oħrajn periklużi jiġu sospiżi b’mod urġenti.

Fi starrija, l-għaqda qalet li “Malta qiegħda tilgħab man-nar u tipperikola mijiet ta’ ħajjiet billi ma tiħux miżuri preventivi serji b’mod urġenti. Qalet li li kienu bosta l-professjonisti fis-settur mediku li wissew lill-Gvern li l-infrastruttura tas-saħħa mhix armata biżżejjed biex tkampa b’influss ta’ każijiet tal-virus.

Kompliet tgħid li bħal pajjiżi Ewropej oħrajn, Malta għandha tieħu miżuri stretti biex tiġġieled it-tixrid tal-virus. Qalet li l-Gvern Malti għandu jaħseb l-ewwel u qabel kollox għas-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Malti qabel il-flus. “Għaldaqstant, l-ivjaġġar lejn Malta m’għandux ikun limitat biss għal titjiriet mill-Italja, imma għandu jkunu hemm restrizzjoni għal kwalunkwe mod ta’ transport minn postijiet ta’ riskju għoli,” qalet l-għaqda.

Intant, is-CSN appoġġjat ukoll l-għajta tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija fejn saħqet għal pieni aktar ħorox għal min jikser il-kwarantina u jipperikola lill-pubbliku b’mod ġenerali. Sostniet li hemm bżonn urġenti li jaġixxi sabiex il-Gvern iwaqqaf it-tixrid tal-virus mill-Italja fejn kwart tal-popolazzjoni sabet ruħha magħluqa fil-pajjiż. Insistiet li l-ivjaġġar lejn Malta m’għandux ikun limitat biss għal titjiriet mill-Italja, imma għandu jkun hemm restrizzjoni għal kwalunkwe mod ta’ trasport minn postijiet ta’ riskju għoli.

Tista’ tiffirma l-petizzjoni minn hawn.