Coronavirus: Persuna Maltija oħra fi kwarantina

Read in English.

Persuna Maltija qed tinżamm kwarantina wara li waslet Malta. Il-persuna kienet abbord il-vapur tal-passiġġieri MS Westerdam.

Il-Persuna ġiet ittestjata għall-coronavoris u rriżultat fin-negattiv. Il-persuna mhux qed turi sintomi jew sinjali respiratorji. Madankollu se tinżamm kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa. Żiedu li ż-żewġ persuni li qed jinżammu kwarantina s’isa ma wrew l-ebda sinjal.

Fl-Italja, l-iskejjel, ir-restoranti u l-bars jinsabu magħluqa mill-inqas sal-Ħadd li ġej bħala prekawzjoni wara li sitt Taljani irriżultaw pożittiv għat-test tal-coronavirus. Dan huwa l-ewwel każ fl-Italja li l-virus ġie trażmess lokalment u hem mil-possibilità li ta’ mewt kawża tal-coronavirus.