Coronavirus: New Zealand b’100 ġurnata mingħajr trażmissjoni fil-komunità

REUTERS/Loren Elliott/POOL

F’New Zealand għaddew 100 ġurnata mingħajr ma ġew reġistrati każi ta’ trażmissjoni lokali ta’ Covid-19. Dan l-istadju ntlaqa’ tajjeb però ġab mieħu wkoll twissija biex in-nies ma jillaxkawx.

L-aħħar każ ta’ trażmissjoni fil-komunità nstab fl-1 ta’ Mejju, jiem wara li l-pajjiż beda jneħħi l-miżuri ta’ lockdown.

Il-jum tal-Ħadd kien ir-raba’ jum infila li fih ma ġewx reġistrati każi ġodda ta’ Covid-19. Bħalissa hemm 23 każi attivi fil-pajjiż.

Il-popolazzjoni ta’ New Zealand hija ta’ madwar 5 miljuni.

Il-popolazzjoni ta’ Malta hija ta’ madwar nofs miljun. Bħalissa hawn 396 każi attivi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn