Coronavirus: Min ma jsegwix ir-regoli tal-kwarantina f’Moska jaf jeħel 5 snin ħabs

REUTERS/Maxim Shemetov

L-awtoritajiet f’Moska qed jheddu li nies li ma jmorrux fi kwarantina fid-dar tagħhom għal ġimagħtejn wara li jżuru xi pajjiż milqut ħażin mill-coronavirus jistgħu jeħlu sa ħames snin ħabs.

Skont ir-Reuters il-gvern tal-belt ħabbar miżuri ġodda l-Ħamis biex jipprevjeni t-tifrix tal-coronavirus fil-Belt Kapitali tar-Russja.

Il-gvern ta’ Moska qal li dawk ġejjin lura miċ-Ċina, mill-Korea t’Isfel, mill-Iran, minn Franza, mill-Ġermanja, mill-Italja, u minn Spanja u stati oħra b’sinjali ħżiena tal-coronavirus għandhom imorru fi kwarantina fid-dar tagħhom għal 14-il ġurnata.

Id-Dipartiment tas-Saħħa ta’ Moska qal li dawk li jinjoraw din ir-regola jistgħu jeħlu sa ħames snin ħabs.