Coronavirus: Mijiet infettati fil-ħabsijiet Ċiniżi

A resident wears a makeshift protective face shield at a residential compound in Wuhan, the epicentre of the novel coronavirus outbreak, Hubei province, China February 21, 2020. REUTERS/Stringer CHINA OUT.

L-awtoritajiet taċ-Ċina qalu li l-coronavirus infetta mijiet ta’ persuni fil-ħabsijiet tagħhom.

Skont ir-Reuters, dan wassal għal qabża fin-numru ta’ każijiet tal-coronavirus (COVID-2019) irrappurtati fl-epiċentru tal-provinċja Hubei, inkluż 100 oħra fil-Korea t’Isfel.

Il-234 infezzjoni fost il-priġunieri barra minn Hubei temmew is-16 il-ġurnata konsekuttiva li fihom kien qed jonqos in-numru ta’ każijiet ġodda fiċ-Ċina, ħlief għal dik il-provinċja, fejn feġġ il-virus f’Diċembru.

Ix-xandir tal-istat ikkwota lill-Partit Komunista li qal li l-firxa tal-virus għadha ma laħqitx il-qofol tagħha.