Coronavirus: Malta involuta fix-xiri ta’ apparat u vaċċin

Read in English.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qed jipparteċipa fl-laqgħa bejn il-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea sabiex jinstara l-apparat u l-vaċċin li hemm bżonn biex wieħed ikun jista’ jilqa’ għall-coronavirus. Il-Ministru qed jiddiskutu wkoll prekawzjonijiet biex kemm jista’ jkun il-coronavirus ma jinfirixx.

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa qal li fis-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jridu jiddiskutu, jikkordinaw u jikkoperaw flimkien sabiex ikunu evitat l-coronavirus ikompli jinfirex fl-Ewropa. Il-Ministru spjega li jekk dan il-virus jinfirex u jkun hemm vaċċin u apparat disponibbli, dan għandu jkun disponibbli għal kull pajjiż kemm kbar kif ukoll żgħar bħal Malta.

Il-Ministru Fearne appella għal aktar fondi dwar dan il-fattur sabiex issir aktar riċerka u l-vaċċin ikun disponibbli kemm jista’ jkun malajr. Żied li dan il-virus jista’ jkun wieħed staġjonali u għalhekk huwa importanti li l-vaċċin ikun disponibbli sax-xitwa li jmiss.