Coronavirus: Livelli ġodda tal-epidemija fiċ-Ċina

REUTERS/Thomas Peter

Read in English.

L-epidemija tal-coronavirus laħqet livelli ġodda hekk kif professjonaisti tas-saħħa qed jistmaw li l-imwiet se jkunu akbar minn dak tal-marda SARS. L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qed tirrapporta li l-għadd ta’ infezzjonijiet fiċ-Ċina qed jiżdied minn ġurnata għall-oħra. Intqal ukoll li hemm nuqqas ta’ maskli u ġew irrapurtati każijiet ġodda fuq il-cruise Ġappuniż li jinsab wieqaf fuq kwarantina.

Uffiċċjali tas-saħħa Ċiniżi qalu li saret diffiċli li tistma l-effett tal-epidemija hekk kif il-każijiet żdiedu wara jumejn ta’ tnaqqis.

L-għadd ta’ imwiet żdied b’86 għal total ta’ 722 każ u mistenni li jaqbeż is-774, li kien l-għadd ta’ imwiet irrekordjati madwar id-dinja bejn 2002 u 2003 fl-epidemija SARS.

L-ewwel każijiet tal-coronavirus dehru għall-ewwel darba f’Diċembru li għadda f’suq tal-ħut f’Hubei, il-kapitali ta’ Wuhan fejn annimali selvaġġi kienu qed jinbiegħu illegalment.