Coronavirus: L-għadd ta’ persuni li mietu fl-Italja jitla’ għal 200

Read in English.

L-għadd ta’ persuni li mietu fl-Italja kawża tal-coronavirus tela’ għal 197 persuna. Dan wara li lbieraħ ġie rreġistrat l-akbar għadd ta’ mwiet minn meta beda t-tixrid ta’ dan il-virus fil-pajjiż.

Uffiċjali qalu li fi żmien 24 siegħa mietu 49 persuna oħra minħabba l-COVID-2019. Dan filwaqt li hemm aktar minn 4,600 każ irrappurtati b’kollox. L-Italja issa huwa l-aktar pajjiż li rrapporta mwiet barra miċ-Ċina, il-post minn fejn oriġina l-virus lura f’Diċembru.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li mal-100,000 persuna madwar id-dinja mardet b’dan il-virus u mat-3,000 minnhom mietu kawża tiegħu. Il-maġġoranza tal-imwiet seħħew fiċ-Ċina.

Esperti tal-WHO qed iħeġġu lill-pajjiżi sabiex jaħdmu biex jevitaw milli l-virus jidħol f’pajjiżhom, u jekk dan jidħol fil-pajjiż, jaraw li jaħdmu fuq sistemi li dan ikompli jinfirex ‘il barra.