Coronavirus: L-annimali jistgħu jimirdu?

Read in English.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) spjegat li minkejja każ ta’ kelb fil-Hong Kong, m’hemmx evidenza għalissa li annimali domestiċi bħal klieb u qtates jistgħu jiġu infettati bil-coronavirus. Wara li kelb sarlu test għall-coronavirus, it-test rriżulta “pożittiv dgħajjef”.

WHO ħeġġet lill-pubbliku jaħslu idejhom bl-ilma u bis-sapun wara li jagħmlu kuntatt mal-annimali domestiċi tagħhom. Dan anka għall-prevenzjoni ta’ E.coli u Salmonella li jistgħu jgħaddu minn annimal għall-bniedem.

Il-mexxejja tal-programm ta’ emerġenżi tal-WHO, Dr Maria Van Kerkhove, qalet li traċċi tal-virus instabu wara li saru xi testijiet lil kelb. Però, ix-xjentisti għadhom mhux ċerti jekk il-kelb huwix infettat jew jekk hux qed iġorr il-virus wara li kien f’kuntatt ma’ xiħaġa kontaminata.

Il-kelb huwa ta’ mara ta’ 60 sena li fit-12 ta’ Frar bdiet tara sintomi tal-coronavirus. Wara, ġiet konfermata li qed issofri mill-marda.

Fl-Italja, l-iżjed pajjiż li fih infirex malajr il-coronavirus apparti ċ-Ċina, il-każijiet ta’ nies infettati issa qabżu l-400, filwaqt li 12-il persuna tilfu ħajjithom.