Is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika żiedet 28 pajjiż ieħor fil-lista ta’ pajjiżi li wieħed jista’ jsiefer lejhom jew jiġi Malta minnhom.
Fil-21 ta’ Marzu 2020 s-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika kienet ordnat li n-nies ma jistgħux isiefru jew jidħlu Malta. Fl-1 ta’ Lulju ġiet ordnata eċċezzjoni għal lista ta’ pajjiżi li issa kibret bi 28 pajjiż ieħor. Din il-lista l-ġdida tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju.
F’Avviż Legali ppubblikat il-Ġimgħa ġie ordnat li dawn il-pajjiżi se jiżdiedu mal-lista ta’ fejn wieħed jista’ jsiefer. Persuni jistgħu wkoll jidħlu Malta jekk ikunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi:
- Ir-Renju Unit
- Il-Belġju
- Il-Bulgarija
- L-Olanda
- Il-Kanada
- L-Awstralja
- New Zealand
- Il-Korea t’Isfel
- Andorra
- Monaco
- San Marino
- Iċ-Ċina
- L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
- Ir-Rwanda
- L-Urugwaj
- Is-Slovenja
- Il-Ġappun
- Il-Marokk
- It-Tajlandja
- It-Tuneżija
- Il-Portugal
- Ir-Rumanija
- Il-Libanu
- L-Indoneżja
- L-Emirati Għarab Magħquda
- It-Turkija
- Il-Ġordan
- Il-Liechtenstein
Din id-deċiżjoni ttieħdet minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela kien qal li fil-15 ta’ Lulju l-ivjaġġar ikun jista’ jsir lejn kull pajjiż.