Coronavirus: Jingħalqu l-iskejjel, ir-ristoranti u l-bars f’villaġġ fl-Italja

Fil-Belt ta’ Codogno fir-reġjun ta’ Lombardija fit-Tramuntana tal-Italja, l-iskejjel, ir-restoranti u l-bars jinsabu magħluqa mill-inqas sal-Ħadd li ġej bħala prekawzjoni wara li sitt Taljani irriżultaw pożittiv għat-test tal-coronavirus. Dan huwa l-ewwel każ fl-Italja li l-virus ġie trażmess lokalment u hem mil-possibilità li ta’ mewt kawża tal-coronavirus.

Skont rapporti mhux ikkonfermati it-total ta’ nies li huma pożittivi għall-coronavirus f’Lombardy telgħu għall-14. L-ewwel raġel li ġie kkonfermat li ġie ttestjat pożittiv għal dan il-virus għandu 38 sena. Jidher li l-virus ġie trażmess wara li ltaqa’ ma’ ħabib tiegħu li kien għadu kemm ġie miċ-Ċina. Skont l-awtoritajiet, ir-raġel qed jinsab kwarantina u qiegħed f’qagħda Kritika.

Tliet persuni oħra ġew ikkonfermati l-Ġimgħa. L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu lir-residenti biex jibqgħu fi djarhom u jevita kull kuntatt soċjali.

L-iskejjel, ir-restoranti u l-barijiet jinsabu magħluqa mill-inqas sal-Ħadd li ġej bħala prekawzjoni.