Coronavirus: Irreġistrata t-tieni mewta fir-Renju Unit

Raġel li ta’ madwar 80 sena huwa t-tieni persuna li safa vittma tal-Coronavirus fir-Renju Unit. Skont kelliem għall-isptar li ta’ kummenti lill-midja internazzjonali, ir-raġel kellu problemi tas-saħħa. Il-kelliem spjega li wara li dan instab li kellu l-virus, miet ftit tal-ħin wara.

L-isptar Milton Keynew Hospital qed iżomm lil dawk kollha li kellhom xi kuntatt mar-raġel, inkluż pazjenti u staff, f’iżolament.

L-ewwel mewta fil-pajjiż konnessa mal-virus ġiet ikkonfermata l-Ħamis. Il-vittma kienet mara li kellha madwar 70 sena u li wkoll kellha problemi tas-saħħa.

Apparti miż-żewġ mewtiet fir-Renju Unit, raġel Ingliż ieħor kien miet kawża tal-virus ix-xahar li għadda fil-Ġappun wara li ġie infettat fuq il-cruise ship Diamond Princess. Bħalissa, hemm 164 każ ikkonfermat fi-Renju Unit.