Coronavirus: “Inutli l-Maltin kwarantina u t-turisti barra” – unjins

REUTERS/Zoubeir Souissi

Read in English.

Il-Forum Unjins Maltin qal li sakemm il-Gvern ma jipprojbixxix titjiriet mill-pajjiżi milqutin mill-coronavirus, ma jkunx qed jipproteġi bis-serjetà lill-Maltin u l-Għawdxin.

Fi stqarrija, il-Forum saħaq li, “Huwa inutli li minn dawk li qed jivvjaġġaw lura f’pajjiżna, li ġejjin minn dawn il-pajjiżi milquta, iċ-ċittadini Maltin qed jintalbu joqogħdu kwarantina filwaqt li l-barranin qed jitħallew jagħmlu li jridu.”

Lil hinn minn dan, il-Forum qal li ma jistax jaċċetta li dawk mitlubin jagħmlu kwarantina ma jingħatawx kumpens finanzjarju, peress li skontu, “dan it-tip ta’ proċess jista’ jwassal għal abbuż li minnu se jbati l-pajjiż kollu.”

Il-Forum temm l-istqarrija tiegħu, iffirmata mill-President Marco Bonnici u mis-Segretarju Ġenerali Colin Galea, b’appell lill-Gvern biex jieħu din is-sitwazzjoni b’aktar serjetà.