Coronavirus: Il-Parlament Ewropew se jiltaqa’ fi Brussell minflok fi Strasburgu

Il-Parlament Ewropew se jiltaqa’ fi Brussell, mhux fi Strasburgu, minħabba l-coronavirus.

Din id-deċiżjoni ħadha l-President David Sassoli, wara li rċieva rapport aġġornat mis-Servizz Mediku tal-Parlament Ewropew fuq it-tixrid tal-virus. Ir-rapport qal illi r-riskji għas-saħħa kienu se jkunu ogħla li kieku s-sessjoni plenarja tal-ġimgħa d-dieħla ssir fi Strasburgu.

Il-President Sassoli qal li din hi eċċezzjoni. Il-Parlament beħsiebu jiskeda sessjoni plenarja fi Strasburgu, skont it-Trattati, iżjed tard.