Coronavirus: Il-kant mhux ta’ aktar periklu mid-diskors

Il-kant ma joħloqx partikoli respiratorji aktar mid-diskors b’volum simili.

Dan ġie rrappurtat fuq il-BBC, fejn ġie spjegat li dan jiddependi fuq kemm tkun storbjuża l-persuna.

Dan l-istudju għadu jrid jiġi approvat. Il-proġett bl-isem Perform studja l-qtar li jipproduċu l-kantanti huma u jkantaw.

Is-sejbiet ta’ dan l-istudju jaf jaffettwaw ix-xows fuq ġewwa, li reġgħu bdew isiru fl-Ingilterra din il-ġimgħa. Dawn huma permessi jsiru b’għadd ta’ linji gwida stretti fuq it-tbegħid bejn in-nies.

L-istudju sar minn xjentisti fl-Università ta’ Bristol, u fih ipparteċipaw 25 artist differenti ta’ etajiet u sfondi differenti, ġejjin mit-teatru, mill-opri, mill-jazz u mill-pop.