Coronavirus: Il-Gvern jaġġorna l-lista tal-pajjiżi fejn jista’ jittieħed

Worker Gong Lixia wearing a face mask sprays disinfectant to sanitize an apartment building at a residential compound, as the country is hit by an outbreak of the novel coronavirus, in Beijing, China February 21, 2020. REUTERS/Tingshu Wang

Read in English.

Il-Gvern aġġorna l-lista tal-pajjiżi fejn tista’ ssir trażmissjoni lokali tal-coronavirus.

Fi stqarrija l-Gvern qal li dawn il-pajjiżi jew reġjuni huma:

Ir-Reġjun tal-Ewropa:

  • Italja
  • Franza
  • Ġermanja
  • Spanja
  • Renju Unit
  • Norveġja
  • Kroazja
  • l-Olanda
  • San Marino
  • Svizzera
  • Svezja
  • Finlandja
  • Greċja
  • Danimarka
  • Monaco

Ir-Reġjun tal-Punent Paċifiku:

  • Ċina (inkluż ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong)
  • Ir-Repubblika tal-Korea
  • Ġappun
  • Singapore
  • Awstralja
  • Malażja
  • Vjetnam

Ir-Reġjun tax-Xlokk tal-Asja:

  • Tajlandja
  • Indoneżja

Ir-Reġjun tal-Lvant tal-Mediterran:

  • Iran
  • Emirati Għarab Magħquda
  • Iżrael
  • Libanu

Ir-reġjun Amerikan:

  • Kanada
  • Stati Uniti tal-Amerka
  • Ekwador

Ir-reġjun Afrikan:

  • Alġerija

Il-lista tal-Gvern hija bbażata fuq informazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Persuni bis-sintomi ta’ infezzjoni respiratorja bis-sogħla, deni jew qtugħ ta’ nifs u li kienu f’dawn il-pajjiżi fl-aħħar 14-il ġurnata, għandhom iċemplu lit-tabib tagħhom jew il-helpline apposta 21324086. Dawn il-persuni huma avżati biex ma jżurux kliniċi tat-tobba, spizeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u d-dipartiment tal-emerġenza bħala l-ewwel kuntatt tagħhom.

Ir-rakkomandazzjonijiet biex persuna tagħmel kwarantina lilha nnifisha jibqa’ għal dawk ir-reġjuni u pajjiżi fejn it-trażmissjoni bejn persuna u oħra hija għolja. Dawn huma:

  1. In-naħa ta’ fuq tal-Italja: Lombardija, Piedmont, Veneto u Emilia Romagna
  2. Ċina (li tinkludi ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong)
  3. Singapore
  4. Ġappan
  5. Iran
  6. Il-Korea t’Isfel

Il-membri tal-pubbliku inġenerali huma mfakkra biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet respiratorji:

Naddaf: naddaf idejk ta’ spiss billi taħsilhom bl-ilma u sapun jew billi tuża hand rub.

Waqqaf: Waqqaf milli mikrobu jinfirex billi toqgħod id-dar jekk tħossok ma tiflaħx. Tmurx għax-xogħol u tibgħatx lit-tfal l-iskola sakemm jgħaddu s-sintomi. Iżżurx persuni l-isptar jekk tkun ma tiflaħx.

Agħtti: Uża tissue biex tgħatti ħalqek u mnieħrek meta tagħtas jew tisgħol. Tħallix it-tissues użati jiġru. Tagħttix ħalqek u mnieħrek bil-pala ta’ jdejk meta tagħtas jew tisgħol għax tista’ tikkontamina l-affarijiet li tmiss.

Għal iktar informazzjoni, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jċempel il-COVID-19 helpline fuq 21324086 jew iżur www.covid19.gov.mt.

Il-Forum Unjins Maltin qal li sakemm il-Gvern ma jipprojbixxix titjiriet mill-pajjiżi milqutin mill-coronavirus, ma jkunx qed jipproteġi bis-serjetà lill-Maltin u l-Għawdxin.