Coronavirus – Iktar minn 107,000 każ irrappurtati madwar id-dinja

People wearing protective masks look at a phone as Italy battles a coronavirus outbreak, in Florence

Read in English.

L-Italja kompliet tkun it-tieni pajjiż wara ċ-Ċina li qed jirreġistra l-akbar każi ta’ infezzjoni mill-Coronavirus kif ukoll imwiet.

Skont l-aħħar ċfri uffiċjali mill-awtoritajiet Taljani, issa hemm 366 persuna li mietu minħabba l-Coronavirus warali l-infezzjonijiet rreġistraw żieda ta’ 25 fil-mija l-Hadd biex issa t-total hu ta’ 7,375 persuna infettata.

Dan hekk kif il-Ħadd, il-Gvern Taljan poġġa taħt kwarantina 14-il provinċja Taljana – madwar 16-il miljun persuna – u ħa diversi miżuri bla preċedent biex jipprova jrażżan l-infezzjoni li s’issa laqtet aktar minn 100 pajjiz madwar id-dinja.

Fost l-aħħar pajjiżi li rrapportaw l-ewwel każi kien hemm ukoll l-Albanija, pajjiż ġar tal-Italja, fejn l-ewwel żewg każi konfermati kienu żewg Albaniżi li daħlu fil-pajjiż mill-Italja.

S’issa madwar id-dinja konfermati hemm 107,000 persuna infettata u 3,600 mewt li kienu konfermati bħala ikkawżati mill-Coronavirus.

Il-pajjiżi li qed iħabtu wiċċhom bl-akbar każijiett, apparti ċ-Ċina minn fejn feġġ l-ewwel każ imma li issa jidher li qed iġib is-sitwazzjoni taħt kontroll u l-Italja, huma l-Korea t’Isfel u l-Iran b’dan tal-aħħhar jikkonferma 6,566 infezzjoni u 194 mewt. Fil-każ tal-Iran imma esperti jemmnu li ċ-ċifra vera  hi ferm akbar.

Fl-Ewropa hemm ukoll tħassib għas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fi Franza fejn il-virus diġa infetta 1,126 perusna, fosthom żewġ Membri tal-Parlament. Franza hu t-tieni pajjiż wara l-Italja bl-akbar każi konfermati.