Il-coronavirus iddikjarat bħala pandemija – WHO

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat il-coronavirus bħala pandemija.

Dan qalu Tedros Adhanom Ghebreyesus, id-Direttur Ġenerali tal-WHO, li qal li issa li hawn iżjed minn 118,000 każ f’114-il pajjiż u 4,291 persuna tilfu ħajjithom, il-virus jista’ jiġi deskritt bħala pandemija.

Huwa spjega li l-kelma “pandemija” qed joqgħod attent kif jużaha sabiex ma joħloqx biża’ bla bżonn. Qal li dan ma jibdilx l-assessjar tal-WHO tal-coronavirus bħala theddida.