Coronavirus: Ġimagħtejn kwarantina għar-residenti li rritornaw Beijing

REUTERS/Aly Song

Read in English.

Dawk li rritornaw lura f’Beijing wara vaganzi estiżi għandhom ġimagħtejn kwarantina sabiex jevitaw li jinfirex il-coronavirus. Dan ġara issa li l-provinċja ta’ Hubei ħabbret 2,400 każ ġdid.

Nies li ma jobdux l-ordnijiet ta’ kwarantina se jiġu kkastigati, skont gazzetta lokali, iżda mhuwiex ċar kif se jsir dan l-infurzar, u jekk dawn ir-restrizzjonijiet japplikawx għal dawk li mhumiex residenti ta’ Beijing jew għal barranin ġejjin minn pajjiż ieħor.

L-avviż qal li dawk sejrin lura Beijing għandhom iqattgħu ħmistax id-dar jew fi grupp għall-osservazzjoni. Jekk le, għandhom jittieħdu miżuri kontrihom.

Ilbieraħ tħabbru 2,420 każ ġdid u 139 persuna oħra li mietu.