Coronavirus fiċ-Ċina: 56 persuna mejta

Read in English.

Iżjed minn 2,000 persuna ġew infettati bil-coronavirus, fil-maġġorparti tagħhom fiċ-Ċina fejn mietu 56 persuna minħabba fih. L-Istati Uniti qalet li se jkollha tevakwa xi ċittadini minn belt li ntlaqtet mill-virus qerriedi wkoll.

Ilbieraħ, il-President XI Jinping qal li s-sitwazzjoni hija gravi. L-awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja qegħdin jagħmlu li jistgħu biex tiġi evitata pandemika.

Illum iċ-Ċina ħabbret li l-bejgħ ta’ annimali selvaġġi fis-swieq, fir-ristoranti u fi pjattaformi tal-kummerċ online huwa pprojbit. Annimali selvaġġi li jinqatlu bil-kaċċa ħafna drabi huma maħsuba li kkawżaw dan il-virus peress li jitqiesu inkubaturi fejn il-virus jevolvi u b’hekk jilħaq lill-bnedmin ukoll.