Coronavirus: Aktar periklu għat-tfal id-dar milli l-iskola – Uffiċjal tas-saħħa Ingliż

FILE PHOTO: Pupils sitting behind partition boards made of plexiglass attend a class at a primary school, during the coronavirus disease (COVID-19) outbreak, in Den Bosch, Netherlands, May 8, 2020. REUTERS/Piroschka van de Wouw/File Photo

Read in English.

Prof. Chris Whitty, il-konsulent mediku tal-Gvern Ingliż, qal li hemm aktar ċans li t-tfal jaqbadhom il-coronavirus mid-dar milli mill-iskola.

Il-BBC irrapporta li Prof. Whitty qal li m’hemm l-ebda għażla li hi mingħajr riskji, imma tkellem fuq il-ħtieġa li l-ġenituri u l-għalliema jifhmu kemm ir-riskji, u anke l-benefiċċji, li jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Fl-Ingilterra, l-iskejjel mistennijin jerġgħu jiftħu f’inqas minn ġimagħtejn.

Huwa semma kif issa li t-tfal sejrin lura l-iskola, aktar ġenituri se jirritornaw ix-xogħol. Dan, jemmen it-tabib, se jżid it-trażmissjoni tal-virus u jaf jitlob restrizzjonijiet oħra f’oqsma differenti. Huwa avża li n-nies iridu jaċċettaw li fil-ħarifa u fix-xitwa, il-pressjoni se tiżdied.

Il-konsulent ikkonkluda li hemm sfida serja għal tal-anqas disa’ xhur oħra. Argumenta li jekk il-virus jinfirex fost iż-żgħażagħ, aktarx jinfirex għall-ġenerazzjonijiet ikbar u anke għan-nies vulnerabbli.

L-ewwel darba li l-WHO ħareġ avviż fuq l-ilbies tal-maskri mit-tfal
Tfal ta’ 12-il sena u aktar iridu jilbsu maskra – WHO

Il-WHO għadha kemm ħarġet avviż li tfal ta’ 12-il sena u aktar iridu jilbsu maskra. Il-Gvern Ingliż qal li mhux rakkomandat li t-tfal ikollhom jilbsu maskra l-iskola, iżda xi skejjel qed jagħmlu l-maskri obbligatorji.

F’Malta għadu mhuwiex magħruf humiex qed jinfetħu l-iskejjel xahar ieħor, iżda stħarriġ tal-UPE ppubblikat ilbieraħ juri li 87% tal-edukaturi mhumiex lesti li jmorru lura l-iskola.