Coronavirus: “Aktar minn 3,000 telefonata fuq il-helpline kuljum”

Il-helpline Malti għall-coronavirus qed jirċievi mat-3,000 telefonata kuljum, skont id-Direttur tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa (HPDP) Dr Paula Vassallo.

Dr Vassallo spjegat li n-nies qed jistaqsu dwar is-safar, dwar is-self-quarantine, u għall-pariri dwar il-post tax-xogħol.

Qalet li min iċempel fuq il-helpline 21324086 se jsib nies infurmati lesti li jgħinu lil dak li jkun.

Christoph Schwaiger

L-awtoritajiet tas-saħħa ma jafux kemm hemm nies fi kwarantina f’darhom, skont is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-coronavirus Gauci qalet li s’issa mhemmx każijiet ta’ COVID-19 f’Malta.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet intqal li ttieħdu 22 swabs għall-COVID-19 li kollha rriżultaw fin-negattiv. L-awtoritajiet qegħdin f’kuntatt kuljum ma’ tliet persuni li qegħdin fi kwarantina. Dawn it-tliet persuni kienu fuq cruiseliner li fuqu kien hemm persuna marida bil-COVID-19. Prof. Gauci ħabbret ukoll li se jkun qed jingħata quarantine leave fis-servizz pubbliku.

L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet stqarrija sabiex tinforma lill-konsumaturi x’jiġri jekk dawn kellhom safra ppjanata u jiddeċiedu li ma jmorrux minħabba l-coronavirus.

Filmat: Miguela Xuereb