Coronavirus: Ajruplan Malti se jevakwa lill-Ewropej minn Wuhan

REUTERS/Thomas Peter

Ajruplan irreġistrat Malta se jintuża sabiex jiġu evakwati ċ-ċittadini Ewropej minn Wuhan, belt fiċ-Ċina fejn in-nies inħakmu mill-coronavirus qerriedi.

Dan tħabbar fuq Twitter minn Airlive, li ssegwi l-avjazzjoni fid-dinja.

L-Airbus 9H-MIP ħames sigħat ilu kien jinsab fi triqtu lejn l-ajruport Charles de Gaulle f’Pariġi. Minn hemm kellu jtir lejn Wuhan sabiex jevakwa liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minn Wuhan.

Bħalissa, eluf ta’ passiġġieri qed jinżammu abbord cruise liner fl-Italja wara li kien hemm suspett li żewġ passiġġieri miċ-Ċina kienu infettati bil-coronavirus. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li hemm bejn 6,000 u 7,000 passiġġier abbord il-vapur Costa Smeralda. Iż-żewġ passiġġieri miċ-Ċina telgħu fuq il-vapur fil-25 ta’ Jannar. Issa qed iħossuha diffiċli li jieħdu n-nifs.