Coronavirus: 4 Ingliżi fuq cruise liner pożittivi għall-virus

REUTERS/Aly Song

Erba’ passiġġieri Ingliżi li kienu fuq il-cruise liner Diamond Princess ittestjaw pożittiv għall-coronavirus.

Il-każijiet fl-Ingilterra jitilgħu għal 13

Skont il-BBC, dawn l-erba’ passiġġieri li nġiebu lura lejn pajjiżhom ġew infettati bil-coronavirus (COVID-2019) fuq id-Diamond Princess fil-Ġappun.

Il-pazjenti se jiġu trasferiti lejn ċentri speċjali għall-infezzjonijiet.

Dawk evakwati taru lejn l-Ingilterra mill-Ġappun ilbieraħ. Kien hemm 30 Ingliżi u żewġ Irlandiżi li kienu se jibdew kwarantina ta’ ħmistax f’akkomodazzjoni għall-infermiera fi sptar.

Mill-ġimgħa d-dieħla se jibda jsir screeninig fuq il-passiġġieri kollha li jinżlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba l-coronavirus, skont il-Gvern. Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul il-ġimgħa d-dieħa li se jiġu installati thermal screening cameras. Kull passiġġier li jinżel fl-ajruport se jkun qed jiġi screened minħabba l-virus, COVID-2019. Thermal screening huwa mod ta’ screening għal massa ta’ nies li jgħaddu minn punt ta’ dħul. Kull persuna li tiġi indentifikata li għandha d-deni se tiġi assessjata.

Se jsir ukoll thermal screening fit-terminals tal-cruise liners u tal-catamaran.