Coronavirus: 3 persuni morda u ma jafux kif fl-Istati Uniti

FILE PHOTO: U.S. Vice President Mike Pence speaks during a tour of the "secretary's operation center" following a coronavirus task force meeting at the Department of Health and Human Services (HHS) in Washington, U.S., February 27, 2020. REUTERS/Carlos Barria

Read in English.

Uffiċjali fl-Istati Uniti rrapportaw li hemm tliet każijiet tal-coronavirus li ma jafux minn fejn ġew.

Skont il-BBC, dan qed iqajjem tħassib li l-virus jista’ jkun li qed jinfirex fil-komunità.

Il-pazjenti – f’Kalifornja, Oregon, u Washington Stat – m’għandhom l-ebda konnessjoni magħrufa ma’ xi pajjiż milqut b’mod gravi mill-virus.

S’issa kien hemm 59 każ konfermat tal-COVID-19 fl-Istati Uniti skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Intant, xjentisti mill-John Hopkins University qed ikomplu jaġġornaw il-mappa live dwar il-coronavirus madwar id-dinja inkluż fl-Ewropa. Il-mappa qed turi li hemm każijiet fl-Ażerbajġan, fl-Estonia, f’Belarus, f’Monaco, fil-Maċedonja ta’ Fuq, fid-Danimarka, fil-Belġju, u fil-Greċja fost pajjiżi oħra.