Coronavirus: 27 każ ġdid; 41 ifiqu

REUTERS/Adnan Abidi

Read in English.

Wara 2,302 swab test instabu total ta’ 27 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa. Dan ħareġ mill-infografika tal-jum mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Intant, jidher li 41 persuna oħra fiequ. B’hekk il-każi attivi fil-pajjiż huma ta’ 575.

Mill-21 każ tal-bieraħ, kien hemm:

  • 4 każijiet ta’ membri tal-familja ta’ persuni li kellhom il-virus
  • 2 każijiet li kienu f’kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 3 każijiet mid-dar tal-anzjani San Ġużepp fil-Fgura

B’hekk, 12-il każ kienu ġejjin mill-komunità.

Intant dalgħodu, l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 91 sena mietet bil-Covid-19.

Fl-10 ta’ Settembru, l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19. Hija ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-22 ta’ Settembru, u mietet ilbieraħ.