Coronavirus: 140 każ attiv

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ġew reġistrati 9 każi ġodda ta’ coronavirus. Fi stqarrija preċedenti, il-Ministeru qal li nstabu 19-il każ ġdid fost grupp ta’ persuni li ddaħħlu Malta lbieraħ.

Għar-raba’ ġurnata konsekuttiva, in-numru ta’ każi attivi rrapportati mill-Gvern huwa b’numru ta’ żewġ figuri (two digits).

Meta jħabbar il-każi ġodda kuljum għan-12.30pm il-Gvern qed jifred n-numri ta’ każi li jinstabu fil-komunità u dawk li jinstabu fost il-persuni li jiddaħlu Malta li jkunu qed ifittxu l-ażil.

Minħabba dan, iċ-ċifra uffiċjali ta’ każi attivi hija ta’ 55 kaz attiv fil-kommunità. Però fattwalment in-numru huwa ta’ 140 każ attiv meta wieħed jgħodd il-każi fost l-immigranti.

Malta qed tirrapporta li kellha 729 każi b’kollox – però dan in-numru huwa ta’ 815 jekk wieħed jikkunsidra l-każi fost l-immigranti.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli għandha tirrikonoxxi r-responsabbilità tagħha u twaqqaf l-attivitajiet tal-massa kollha.