Cornish Pasties

Ingredjenti

Għall-għaġina

360g dqiq plain

1 kuċċarina melħ

1 kuċċarina baking powder

130g xaħam

10 mgħaref ilma kiesaħ

Għall-mili

450g ċanga mqattgħa f’biċċiet ta’ 1ċm

140g basal imqatta’

140g patata mqaxxra mqattgħa kubi żgħar

140g zunnarija mqattgħa kubi żgħar

1 kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar

4 mgħaref butir

ketchup

Metodu

Agħmel l-għaġina billi tħallat flimkien id-dqiq, il-melħ u l-baking powder. Żid ix-xaħam u ħawwad bil-ponot ta’ subgħajk sakemm ikollok taħlita tixbah lil frak tal-ħobż. Żid l-ilma ftit ftit sakemm tifforma l-għaġina. Għattiha u daħħalha fil-friġġ għal 30 minuta.

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ (375˚F).

Ħallat f’bieqja kbira l-laħam, il-basal, il-patata, iz-zunnarija u l-melħ u l-bżar.

Aqsam l-għaġina f’erbgħa u kull porzjon irromblah biex tifforma ċirku ta’ madwar 22ċm. Fuq kull ċirku ta’ għaġina agħmel  kwart tat-taħlita tal-laħam u agħmel mgħarfa butir fil-wiċċ.  Xarrab it-tarf tal-għaġina bl-ilma u agħlaqhom. Agħfas il-ġnub bis-snien ta’ furketta. Aqta’ ftit xquq fuq kull għaġina qabel issajjarhom fil-forn.

Sajjar fil-forn imsaħħan għal madwar 40 minuta jew sakemm l-għaġina ssir kulur dehbi.